Tikketti tal-enerġija

Ir-Reġistru Ewropew tal-Prodotti għat-Tikkettar tal-Enerġija en (EPREL, European Product Registry for Energy Labelling) huwa punt uniku ta’ servizz għall-konsumaturi u l-bejjiegħa biex isibu lista estensiva ta’ tikketti tal-enerġija relatati mal-prodotti għall-bejgħ online jew offline. Il-prodotti kollha li jeħtieġu tikketta tal-enerġija jridu jiġu rreġistrati en fil-bażi tad-data tal-EPREL qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu fis-suq tal-UE. L-informazzjoni dwar il-prodotti tista’ tinstab ukoll f’din il-bażi tad-data.

It-tikketti tal-enerġija huma klassifikazzjonijiet bil-kulur ċari u li jinftiehmu faċilment, ibbażati fuq il-konsum tal-enerġija tal-prodotti. It-tikketti jindikaw ir-rekwiżiti regolatorji kif ukoll xi standards ambjentali, u bis-saħħa tagħhom, bħala konsumatur tkun tista’ tagħmel għażliet infurmati. It-tikketti tal-enerġija jikklassifikaw l-apparati fuq skala minn A sa G, abbażi tal-konsum tal-enerġija:

L-apparati tal-Klassi A (aħdar) jikkonsmaw l-inqas enerġija – dawn huma l-aktar effiċjenti fl-enerġija.
L-apparati tal-Klassi G (aħmar) jikkonsmaw l-aktar enerġija.

Ir-regoli dwar it-tikketti tal-enerġija tal-UE japplikaw mhux biss għall-apparati domestiċi iżda wkoll għall-prodotti relatati mal-enerġija — oġġetti jew sistemi li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija waqt l-użu eż. ħiters tal-ilma, kundizzjonaturi tal-arja, bojlers, eċċ. Madankollu, ir-regoli ma japplikawx għall-prodotti użati jew għall-mezzi tat-trasport tal-merkanzija u l-persuni.

Is-sistema ta’ klassifikazzjoni mingħajr sinjal pożittiv

Is-sistema ta’ klassifikazzjoni tuża skala sempliċi minn A sa G, u mill-2021 mingħajr is-sinjal “+”, għall-kategoriji tal-prodotti li ġejjin:

  • Refriġeraturi
  • Magni tal-ħasil tal-platti (dishwashers)
  • Magni tal-ħasil
  • Televixins, moniters, eċċ.
  • Bozoz u lampi

Prodotti li jeħtieġu t-tikketti

Għal ċerti gruppi ta’ prodotti, it-tikketta tal-enerġija għandha tintwera b’mod ċar fuq kull prodott fejn ikun qed jinbiegħ, bħal:

  • Apparati domestiċi
  • Apparati għat-tisħin, għat-tkessiħ u għall-ventilazzjoni
  • Prodotti elettroniċi
  • Sorsi tad-dawl
  • Tajers

Aqra aktar informazzjoni speċifika għall-prodott dwar it-tikkettar tal-enerġija u r-rekwiżiti tal-ekodisinn en . en

Ara hawn taħt biex issib aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur f’pajjiżek.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 28/03/2025
Ikkondividi din il-paġna
OSZAR »