Taxxi fuq id-dħul f'pajjiż barrani

Liema pajjiż jista' jintaxxak?

M'hemm ebda regoli li japplikaw fl-UE kollha u li jgħidu kif ċittadini tal-UE li jgħixu, jaħdmu jew iqattgħu ż-żmien barra minn pajjiżhom għandhom jiġu ntaxxati fuq id-dħul tagħhom.

Madankollu, il-pajjiż fejn int resident għall-finijiet tat-taxxa jista' normalment jintaxxa d-dħul tiegħek mid-dinja kollha, li ħdimt għalih jew le. Dan jinkludi l-pagi, il-pensjonijiet, il-benefiċċji, id-dħul minn proprjetà jew minn sorsi oħrajn, jew il-qligħ kapitali minn bejgħ ta' proprjetà, mill-pajjiżi kollha madwar id-dinja.

Twissija

Il-pajjiżi tal-UE regolarment jiskambjaw informazzjoni dwar it-taxxa fuq id-dħul biex jiżguraw li l-kontribwenti jissodisfaw l-obbligi tagħhom u biex jiġġieldu kontra l-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa. Għal aktar informazzjoni dwar it-taxxi fuq il-proprjetà, it-taxxi lokali, it-taxxi fuq ir-rigali u fuq il-wirt ikkonsulta l- uffiċċju lokali tat-taxxa bg cs da de el en es et fi fr ga hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv tiegħek.

Kull pajjiż għandu d-definizzjoni tiegħu ta' residenza taxxabbli, madankollu:

  • normalment titqies bħala resident taxxabbli fil-pajjiż li fih tqatta' aktar minn 6 xhur f'sena

  • normalment int tibqa' residenti taxxabbli f'pajjiżek jekk tqatta' anqas minn 6 xhur fis-sena f'pajjiż ieħor tal-UE.

Ivverifika r-rati tat-taxxa, id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet tat-taxxa, id-definizzjonijiet ta' residenza tat-taxxa fil-pajjiżi differenti tal-UE:

Residenza doppja

F'ċerti każijiet, żewġ pajjiżi jikkunsidrawk resident taxxabbli fl-istess ħin, u t-tnejn li huma jistgħu jeħtieġu li int tħallas taxxi fuq id-dħul totali tiegħek mid-dinja kollha. Fortunatament, bosta pajjiżi għandhom ftehimiet dwar taxxa doppja , li normalment jipprovdu r-regoli li jiddeterminaw liema miż-żewġ pajjiżi jista' jittrattak bħala resident.

Jekk it-trattat tat-taxxa ma jipprovdix soluzzjoni jew jekk is-sitwazzjoni tiegħek tkun partikolarment ikkumplikata, ikkuntattja l- awtoritajiet tat-taxxa bg cs da de el en es et fi fr ga hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv ta' wieħed jew taż-żewġ pajjiżi u itlobhom biex jiċċaraw is-sitwazzjoni tiegħek.

Ħaddiema stazzjonati/dawk li qed ifittxu x-xogħol

F'ċerti każijiet, bħal dawk ta' ħaddiema stazzjonati barra pajjiżhom għal żmien limitat jew dawk li jkunu qed ifittxu impjieg f'pajjiż barrani, tista' titqies bħala resident taxxabbli, u għalhekk taxxabbli, f'pajjiżek anki jekk toqgħod fil-pajjiż barrani għal aktar minn 6 xhur - jekk iżżomm id-dar permanenti tiegħek f'pajjiżek u l-irbit personali u ekonomiku tiegħek ma' dak il-pajjiż hu aktar qawwi. Ikkuntattja lill- awtoritajiet tat-taxxa bg cs da de el en es et fi fr ga hr hu it lt lv nl pl pt ro sk sl sv biex jiċċekkjaw liema regoli japplikaw għalik.

F'każ bħal dan, il-pajjiż li jospitak jista' wkoll jintaxxak - is-sid li jħaddmek lokalment jista', pereżempju, inaqqaslek it-taxxi mis-salarju tiegħek fil-ħin tal-ħlas.

Barra minn hekk, kemm jekk tkompli jew jekk ma tkomplix tkun residenti f'pajjiżek, dak il-pajjiż jista' jintaxxa d-dħul (pereżempju minn proprjetà) li jseħħ fih.

F'dawn il-każijiet, kun af li jeżistu soluzzjonijiet għat- tassazzjoni doppja u kun ċert li d-dħul tiegħek ma jkunx intaxxat darbtejn jekk dan ma jeħtieġx li jsir.

Residenza tat-taxxa fittizja

Skont ċerti trattati dwar it-taxxa doppja , il-pajjiż li fih taqla' jew kważi taqla' d-dħul kollu tiegħek se jittrattak bħala resident taxxabbli, anki jekk ma tgħixx fih. Dan l-istatus ta' resident taxxabbli fittizju jingħata f'xi pajjiżi lill- ħaddiema transfruntieri.

Skont ir-regoli tal-UE, kull pajjiż xorta għad għandu ċerta libertà biex jiddeċiedi x'perċentwal tad-dħul tiegħek jirrappreżenta "kważi kollox". Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk il-pajjiż fejn taqla' jew kważi taqla' d-dħul kollu tiegħek jittrattakx bħala resident taxxabbli jew le, hu se jkun obbligat li jagħtik l-istess benefiċċji soċjali u eżenzjonijiet mit-taxxi li hu jagħti lil resident.

Naturalment jekk tirċievi l-għajnuniet soċjali kollha għar-residenti fil-pajjiż fejn taħdem, ma tistax tistenna li tirċievi l-benefiċċji soċjali u l-eżenzjonijiet disponibbli għar-residenti fil-pajjiż li fih tgħix ukoll. Kun af li l-awtoritajiet tat-taxxa se jikkomunikaw ma' xulxin sabiex jassiguraw li ma tirċevix sett doppju ta' benefiċċji soċjali u ta' eżenzjonijiet.

Trattament ugwali

Skont ir-regoli tal-UE, irrispettivament f'liema pajjiż tal-UE titqies bħala resident taxxabbli, għandek tkun intaxxat bl-istess mod bħaċ-ċittadini tal-pajjiż bl-istess kundizzjonijiet. Pereżempju, fil-pajjiż li fih int resident taxxabbli jew li fih taqla' d-dħul kollu jew il-biċċa l-kbira tiegħu, għandek dritt għal:

  • kwalunkwe benefiċċju tal-familja u tnaqqis mit-taxxa għall-ispejjeż tal-kura tat-tfal disponibbli anke jekk l-ispejjeż isiru f'pajjiż ieħor tal-UE

  • kwalunkwe tnaqqis tat-taxxa disponibbli għal imgħax fuq l-ipoteki, anke għal dar li għandek f'pajjiż ieħor tal-UE

  • sistema ta' tassazzjoni konġunta mal-konjuġi tiegħek, jekk dan ikun possibbli f'dak il-pajjiż

Jekk tħoss li qed tkun diskriminat, tista' tikseb parir personalizzat Iftaħ bħala link estern .

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 10/04/2025
Ikkondividi din il-paġna
OSZAR »